Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea

L-affarijiet barranin u l-politika tas-sigurtà

X’qed tagħmel l-UE

L-oqsma prinċipali

Naħdmu mal-ekonomiji ewlenin tad-dinja biex insawru reazzjonijiet koordinati għall-isfidi globali

Il-kisbiet ewlenin

  • Fl-2012, l-Unjoni Ewropea ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi għal aktar minn sitt deċennji tippromwovi l-paċi, ir-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija, u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa u lil hinn minnha.
  • L-UE nediet aktar minn 35 missjoni ċivili u militari fl-ambitu tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) madwar l-Afrika, l-Ewropa, u l-Lvant Nofsani biex tistabbilizza r-reġjuni u tħarreġ lill-forzi lokali.
  • L-UE għadha wieħed mid-donaturi ewlenin globali tal-għajnuna umanitarja. Bejn l-2018 u l-2024, il-finanzjament umanitarju tal-UE kiber kontinwament. Fl-2022, il-baġit umanitarju finali tal-UE ra żieda ta’ 20%, għal €2.62 biljun, €440 miljun aktar mis-sena ta’ qabel, u laħaq lil miljuni ta’ nies milqutin mill-gwerra, mid-diżastri naturali, u mill-ispostament.
  • Madwar id-dinja kollha, l-UE appoġġat proġetti maħsubin biex itejbu l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, u l-infrastruttura f’pajjiżi sħabna, u b’hekk ħriġna lil miljuni ta’ nies mill-faqar.
  • Il-leadership globali tagħna jestendi wkoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-UE kienet pijunier globali bl-ambizzjoni tagħha li sal-2050 tkun saret newtrali għall-klima, objettiv li minn dak iż-żmien’ l hawn adottawh pajjiżi oħrajn.
  • Bil-ħolqien tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem f’Diċembru 2020, l-UE wriet id-determinazzjoni tagħha li tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u li tieħu azzjoni kontra dawk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Taħt il-lenti

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 16 Lulju 2026