Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea

Enerġija

X’qed tagħmel l-UE

Eżiti mistennija

42.5% Mira għall-2030 għas-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija
11.7% Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija sal-2030, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-2020
15% Mira tal-interkonnessjoni għall-2030, biex il-pajjiżi tal-UE jitħeġġu jgħaqqdu s-sistemi tal-elettriku tagħhom waħda mal-oħra

Oqsma ta’ azzjoni

Skopri aktar dwar l-azzjonijiet li qed tieħu l-UE biex iżżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa

L-enerġija hija ta’ valur kbira għalina. Skopri kif l-UE tiżgura li nkunu nistgħu nużawha bl-akbar effiċjenza possibbli

Esplora r-regoli li jsawru s-swieq tal-enerġija tal-UE, u li jipproteġu u jippermettu lill-konsumaturi jieħdu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tagħhom

Il-grilji huma s-sinsla tas-sistemi tal-enerġija tal-UE. Skopri kif l-UE qed ssaħħaħ u tespandi l-grilji tagħna

Il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni hija kruċjali biex inwettqu t-tranżizzjoni tal-enerġija u ntejbu l-kompetittività. Skopri x’qed tagħmel l-UE

Esplora l-politika tal-UE dwar l-enerġija nukleari, mill-garanzija tas-sikurezza nukleari sal-appoġġ għall-użu tar-radjazzjoni u tat-teknoloġiji nukleari fil-mediċina

Il-kisbiet ewlenin

  • Permezz tal-promozzjoni tal-enerġija mir-riħ, mix-xemx u minn sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli, l-enerġija rinnovabbli kienet tirrappreżenta 24.6 % tal-konsum tal-enerġija tal-UE fl-2023. Dan huwa sehem sinifikanti, u eżitu ħafna ogħla minn 10 snin qabel. Madankollu, għad hemm ix-xogħol xi jsir biex tintlaħaq il-mira ta’ 42.5 % sal-2030.
  • Il-kumpaniji fis-settur tal-enerġija rinnovabbli qed jiffjorixxu, u b’hekk qed jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi. Sal-2022, is-settur tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa kien jimpjega aktar minn 1.6 miljun ruħ.
  • Investimenti fl-infrastruttura transfruntiera fil-qasam tal-enerġija għenu biex is-sigurtà tal-enerġija tal-UE tissaħħaħ, inkluż billi diversi reġjuni tal-UE li kienu kompletament iżolati ġew ikkonnettjati.
  • Bejn l-2008 u l-2021, l-UE naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’aktar minn 20 %. Fl-istess ħin, il-PDG tal-UE żdied bi kważi 10%. Peress li s-settur tal-enerġija huwa responsabbli għal aktar minn 75% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE, il-politiki tal-UE dwar l-enerġija kkontribwew b’mod sinifikanti għal dan ir-riżultat.
  • Sabiex tilħaq il-mira tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2030, l-UE introduċiet miżuri f’oqsma ta’ politika bl-akbar potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija u fejn huwa meħtieġ li l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien b’mod armonizzat. Miżuri bħal dawn mhux biss iraħħsu l-kontijiet tal-enerġija, iżda jgħinu wkoll lin-negozji jiffrankaw fuq il-kostijiet operatorji, filwaqt li titnaqqas l-impronta tal-karbonju.

Taħt il-lenti

L-aħħar aħbarijiet

Eventi

Konferenzi u summits

This two-day event will bring together researchers, policymakers, industry representatives and regional practitioners to discuss the links between research & innovation (R&I), policy and implementation on the ground for an accelerated and just transition of coal+ regions.

Konferenzi u summits

This year’s Forum will focus on the conditions necessary to turn the policy ambition set out by the Citizens Energy Package into reality on the ground for citizens, cities and communities.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 22 April 2026